FAQs

Home > FAQs > Kif jirreklutaw l-istituzzjonijiet mil-listi tal-EPSO?

Kif jirreklutaw l-istituzzjonijiet mil-listi tal-EPSO?

Kategoriji tal-mistoqsijiet: 

Kif ikun hemm opportunitajiet ta’ xogħol, l-istituzzjonijiet jivverifikaw il-profili tal-kandidati li għaddew biex jidentifikaw lil dawk li jaqblu l-aktar mal-ħtiġijiet tagħhom (pereżempju, f’termini ta’ edukazzjoni, l-esperjenza professjonali u l-ħiliet lingwistiċi).

L-istituzzjonijiet jistgħu wkoll jagħżlu li jippubblikaw il-postijiet vakanti disponibbli għal kandidati li għaddew minn proċeduri ta’ selezzjoni rilevanti.

L-istituzzjonijiet jistgħu jikkuntattjaw kandidati li għaddew għal intervista u skont ir-riżultat, jagħmlu offerta formali ta’ impjieg. Għal raġunijiet prattiċi, il-kandidati jistgħu wkoll joqogħdu għal eżami mediku qabel ma tittieħed kwalunkwe deċiżjoni dwar il-ħatra.

It-tweġiba kienet utli?

Iva Le