Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Ma nistax nagħmel il-log on jew nikkonsulta l-Kont tal-EPSO tiegħi, x’għandi nagħmel?

Iċċekkja li qed tuża l-login u l-password korretti (ara “Insejt il-username/il-login tiegħek  Insejt il-password tiegħek?').

Nota ta’ tfakkir: ma għandekx permess toħloq aktar minn Kont tal-EPSO wieħed, iżda f’każ li l-Kont tal-EPSO tiegħek tħassar, tista’ toħloq wieħed ġdid għall-applikazzjonijiet futuri tiegħek. Il-Kont tal-EPSO tiegħek għandu mnejn tħassar skont l-istqarrija ta’ privatezza dwar il-protezzjoni tad-data personali. Fil-qosor, b’mod regolari nħassru l-kontijiet li ġejjin:

  • Il-Kontijiet tal-EPSO bla applikazzjonijiet u li nħolqu aktar minn sena ilu
  • Il-Kontijiet tal-EPSO tal-anqas b’applikazzjoni waħda, u fejn l-applikazzjonijiet kollha tiegħek jissodisfaw wieħed mill-kriterji li ġejjin:
    • Int tpoġġejt fuq Lista ta’ Riżerva ta’ kandidati li għaddew u kont reklutat aktar minn sena ilu;
    • Int tpoġġejt fuq Lista ta’ Riżerva ta’ kandidati li għaddew u ma kontx reklutat, iżda l-Lista ta’ Riżerva issa hi magħluqa;
    • Ma tpoġġejtx fuq Lista ta’ Riżerva ta’ kandidati li għaddew u l-proċedura ta’ selezzjoni ngħalqet aktar minn sena ilu.

Jista’ jkollok kont wieħed biss tal-EPSO u tista’ tiġi eskluż f’kull stadju tal-proċedura tal-għażla minħabba li jkollok aktar minn kont wieħed. Jekk jogħġbok ikkuntattjana jekk m’intix ċert.

Jekk xorta waħda ma tistax tagħmel il-log in, jekk ma tistax tiftakar jew ma għandekx aċċess aktar għall-email fil-Kont tal-EPSO tiegħek jekk jogħġbok ikkuntattjana immedjatament. Jekk tibgħatilna kopja tal-ID jew tal-passaport tiegħek u tipprovdilna l-indirizz tal-email il-ġdid tiegħek, nistgħu nibdlu l-email fil-Kont tal-EPSO tiegħek.