FAQs

Paġna ewlenija > FAQs > Kif se jintgħażlu l-kandidati fil-proċedura tal-CAST Permanenti?

Kif se jintgħażlu l-kandidati fil-proċedura tal-CAST Permanenti?

Is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni għal proċedura ta’ selezzjoni tal-CAST Permanenti fiha nfisha ma tfissirx li se tiġi mistieden tagħmel it-testijiet. Dawk il-kandidati mqiegħda fil-lista preliminari mis-servizzi tar-reklutaġġ biss se jiġu mistiedna jagħmlu t-testijiet ta’ selezzjoni meta u jekk ikun hemm bżonn.

Il-proċess ta’ selezzjoni jikkonsisti minn dawn il-passi li ġejjin:

  1. Il-kandidati jimlew u jivvalidaw l-applikazzjoni(jiet) tagħhom u jaġġornawhom mill-inqas kull sitt xhur biex jikkonfermaw l-interess tagħhom u jibqgħu viżibbli fil-bażi tad-data.
  2. Meta jkun hemm bżonn, is-servizzi tar-reklutaġġ jagħżlu minn qabel (lista preliminari) mill-bażi tad-data tal-applikazzjonijiet kollha vvalidati u viżibbli numru ta’ kandidati li l-profili tagħhom jissodisfaw bl-aħjar mod ir-rekwiżiti ta’ evalwazzjoni tas-servizzi.
  3. Il-kandidati magħżula minn qabel (lista preliminari) huma mistiedna għat-testijiet ta’ selezzjoni organizzati mill-EPSO. Dawn huma fil-forma ta’ testijiet b'mistoqsijiet b’għażla multipla fuq il-kompjuter organizzati f'ċentri tat-testijiet fid-dinja kollha.
  4. Il-kandidati li jgħaddu mit-testijiet ta’ selezzjoni, jiġu mistiedna għal testijiet ta’ reklutaġġ organizzati mis-servizzi tar-reklutaġġ. Dawn it-testijiet jistgħu jinkludu intervista u forom oħra ta’ evalwazzjoni.
  5. Il-kandidati li jgħaddu mit-testijiet tar-reklutaġġ, jistgħu jirċievu offerta ta’ impjieg.

It-tweġiba kienet utli?

Iva Le