FAQs

Home > FAQs > X’jiġri wara li nissottometti l-applikazzjoni tiegħi?

X’jiġri wara li nissottometti l-applikazzjoni tiegħi?

Is-servizzi tar-reklutaġġ se jfittxu, f'intervalli regolari, il-bażi tad-dejta tal-kandidati kollha rreġistrati u jqiegħdu f’lista preliminari lil dawk li jissodisfaw bl-aħjar mod ir-rekwiżiti speċifiċi relatati ma’ kull post tax-xogħol battal. Ara li taġġorna l-applikazzjoni tiegħek kull sitt xhur, biex tindika li għadek interesat u tibqa’ viżibbli u tkun għadek tista’ tinsab fil-bażi tad-dejta.

Il-kandidati fil-lista preliminari biss se jiġu mistiedna jibbukkjaw u jagħmlu test ta’ selezzjoni organizzat mill-EPSO permezz tal-Kont tal-EPSO tagħhom.

Iċċekkja l-Kont tal-EPSO tiegħek b’mod regolari, peress li jekk tinsab fil-lista preliminari, tirċievi stedina biex tibbukkja data għat-test madwar ġimgħa qabel il-ftuħ taż-żmien tal-ibbukkjar. Il-link għall-ibbukkjar tkun attiva għal ġimgħa biss u tkun tista’ tagħżel data minn perjodu ta’ ġimagħtejn wara l-perjodu tal-ibbukkjar. Jekk ma tibbukkjax l-appuntament għat-test, tikkanċella l-ibbukkjar jew ma tmurx għat-test fiċ-ċentru tat-testijiet, m’intix se terġa’ tiġi mistieden awtomatikament biex terġa’ tagħmel l-istess test. Jista’ jagħti l-każ li terġa’ tiġi preselezzjonat fi stadju ulterjuri għal opportunità oħra.

Is-servizzi tar-reklutaġġ jieħdu ħsieb li jfittxu u jagħżlu l-kandidati. L-EPSO huwa responsabbli biss biex jistieden il-kandidati biex jibbukkjaw għat-testijiet u biex jorganizza t-testijiet ta’ selezzjoni.

It-tweġiba kienet utli?

Iva Le