FAQs

Paġna ewlenija > FAQs > X’jiġri jekk ma ngħaddix mit-testijiet ta’ selezzjoni?

X’jiġri jekk ma ngħaddix mit-testijiet ta’ selezzjoni?

Jekk ma tgħaddix mit-testijiet ta’ raġunament, it-test ta’ kompetenza* li tkun għamilt fl-istess ħin ma jiġix ikkoreġut.

Jekk tgħaddi mit-testijiet ta’ raġunament, iżda ma tgħaddix mit-test ta’ kompetenza*, ir-riżultati tat-testijiet ta’ raġunament tiegħek se jibqgħu validi.

Barra minn hekk, jekk ma tgħaddix minn test, japplikaw ir-regoli li ġejjin:

  • Jekk ma tgħaddix mit-test ta’ raġunament, ma tistax tiġi mistieden għal test ta’ raġunament ieħor għall-istess grupp ta’ funzjoni jew għal wieħed ogħla għas-6 xhur ta’ wara. Madankollu, xorta tista’ tiġi mistieden għal testijiet ta’ raġunament għal gruppi ta’ funzjoni iktar baxxi.
  • Jekk ma tgħaddix mit-test ta’ kompetenza*, ma tistax tiġi mistieden għal test ta’ kompetenza* ieħor għas-6 xhur ta’ wara fl-istess profil fl-istess grupp ta’ funzjoni jew f’wieħed ogħla. Madankollu, tista’ tagħmel testijiet ta’ kompetenza* għall-istess profil għal grupp ta’ funzjoni iktar baxx jew għal profil differenti.

Il-perjodu ta’ 6 xhur jibda’ mill-jum meta jiġu ppubblikati r-riżultati fil-Profil tal-EPSO tiegħek.

Jekk jogħġbok innota li s-servizzi ta’ reklutaġġ mhumiex obbligati jistednuk għal test ieħor, wara li jkun għadda l-perjodu ta’ 6 xhur.

*Il-kandidati għal profili lingwistiċi (qarrejja tal-provi u tradutturi) jagħmlu test tal-komprensjoni tal-lingwa minflok test ta’ kompetneza.

It-tweġiba kienet utli?

Iva Le