FAQs

Home > FAQs > X’jiġri jekk ngħaddi mit-testijiet ta’ selezzjoni, iżda mhux mit-testijiet tar-reklutaġġ?

X’jiġri jekk ngħaddi mit-testijiet ta’ selezzjoni, iżda mhux mit-testijiet tar-reklutaġġ?

Jekk tgħaddi mit-testijiet ta’ selezzjoni għal profil u grupp ta’ funzjoni speċifiku, ir-riżultati tiegħek se jibqgħu validi u viżibbli fil-bażi tad-dejta skont ir-regoli definiti fis-Sejħa għal Espressjoni ta’ Interess (10 snin għat-testijiet tar-raġunament u 5 snin għat-test tal-kompetenza).

Is-servizzi tar-reklutaġġ jistgħu jagħżluk u jistednuk direttament għal testijiet tar-reklutaġġ. Jekk jogħġbok innota li s-servizzi tar-reklutaġġ jistgħu jintervistaw diversi kandidati għal kull post tax-xogħol battal.

Li tgħaddi mit-testijiet ta’ selezzjoni u l-istedina għal testijiet tar-reklutaġġ, mhumiex garanzija ta’ reklutaġġ. Tista’ biss tiġi offrut pożizzjoni jekk int tgħaddi wkoll mit-testijiet tar-reklutaġġ. Id-deċiżjoni biex tinħareġ offerta ta’ impjieg hija esklussivament f’idejn is-servizzi tar-reklutaġġ.

It-tweġiba kienet utli?

Iva Le