FAQs

Home > FAQs > CAST Permanent > Meta u fejn se nagħmel it-testijiet ta’ selezzjoni organizzati mill-EPSO fil-forma ta’ testijiet b’għażla multipla fuq il-kompjuter (CBT) - CAST Permanenti?

Meta u fejn se nagħmel it-testijiet ta’ selezzjoni organizzati mill-EPSO fil-forma ta’ testijiet b’għażla multipla fuq il-kompjuter (CBT) - CAST Permanenti?

Kategoriji tal-mistoqsijiet: 

Il-proċess tal-għażla tal-CAST Permanenti (ara aktar informazzjoni) huwa differenti mill-Kompetizzjonijiet. Il-kandidati fil-lista preliminari biss se jkunu mistiedna biex jagħmlu t-testijiet ta’ selezzjoni.

Jekk tintgħażel, se tirċievi stedina biex tibbukkja għal test fil-profil tal-EPSO tiegħek. Jekk jogħġbok iċċekkja l-profil tal-EPSO tiegħek tal-inqas darbtejn fil-ġimgħa. Trid tibbukkja u tagħmel it-test tiegħek f'perjodu ta' żmien partikolari.

It-testijiet se jsiru f’ċentri tat-testijiet madwar id-dinja. Lista ta’ ċentri tat-testijiet disponibbli se tkun aċċessibbli fl-istedina tiegħek għall-ibbukkjar. Jekk jogħġbok innota li ma jiġix provdut rimborż għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar mill-EPSO.

It-tweġiba kienet utli?

Iva Le