Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Kien hemm problema f'waħda mill-Mistoqsijiet tal-Għażla Multipla tiegħi, x'nista’ nagħmel?

F’każ li jkollok dubju serju dwar il-kontenut ta’ mistoqsija tat-test, jekk jogħġbok ikkuntattjana biss permezz tas-sit web tal-EPSO (Servizz ta’ Kuntatt tal-Kandidati) fi żmien 3 ijiem kalendarji mid-data tat-testijiet bil-kompjuter tiegħek, billi tiddeskrivi dwar xiex kienet il-mistoqsija (il-kontenut) sabiex tidentifika l-mistoqsija kkonċernata/mistoqsijiet ikkonċernati u tispjega n-natura tal-iżball allegat bl-aktar mod ċar possibbli. Jekk jogħġbok semmi wkoll in-numru tal-kandidat tiegħek (ara l-Anness rispettiv għas-Sejħa għal kompetizzjoni).

Jekk mistoqsija identifikata ma tkunx konformi mal-kriterji ta’ kwalità stretti tal-EPSO minkejja l-kontrolli tal-kwalità dettaljati li hemm fis-seħħ, il-miżuri korrettivi huma kif ġej:

  • Il-mistoqsija se tiġi kkoreġġuta jew se titneħħa mill-bażi tad-data;
  • Il-mistoqsija se tiġi kkanċellata (“newtralizzata”) u l-punti jitqassmu mill-ġdid fost il-bqija tal-mistoqsijiet tat-test.
  • Jekk tiġi applikata n-newtralizzazzjoni, se taraha riflessa fir-riżultati dettaljati, immarkata b’"N" għan-newtralizzazzjoni.