FAQs

Home > FAQs > Għaliex ġibt punteġġ daqshekk baxx fit-test preliminari tiegħi?

Għaliex ġibt punteġġ daqshekk baxx fit-test preliminari tiegħi?

Kategoriji tal-mistoqsijiet: 

L-ewwel nett, il-konvinzjoni personali tiegħek dwar kif it-test kellu jkun evalwat hija suġġettiva u ma tistax tissostitwixxi l-valutazzjoni tal-Bord ta’ Selezzjoni. Din ma tikkostitwixxix prova inkonfutabbli ta’ żball manifest mwettaq mill-Bord.

Elementi differenti jistgħu jispjegaw il-punti li jagħtik il-Bord ta’ Selezzjoni, li huma bbażati fuq kriterji ta’ evalwazzjoni stabbiliti minn qabel u l-kummenti tal-eżaminatur:

Fil-każ ta’ testi għat-traduzzjoni, pereżempju, il-marki jitnaqqsu għal:

  • Omissjonijiet
  • Żbalji fit-tifsira, il-grammatika, it-terminoloġija, ir-reġistru
  • Diffikultajiet biex jitwassal is-sens tat-test
  • Nuqqas ta’ vokabularju meħtieġ mit-test għat-traduzzjoni
  • Traduzzjoni mhux sħiħa
  • eċċ.

Trid tqis li mil-lat legali

  • L-għoti tal-punti ġeneralment isir b’mod anonimu minn eżaminaturi kwalifikati abbażi ta’ “tabella tal-marki”
  • L-eżaminaturi jingħataw linji gwida stretti f’termini ta’ standards tal-kwalità
  • Il-marki jitnaqqsu għall-iżbalji (testi għat-traduzzjoni)

It-tweġiba kienet utli?

Iva Le