Kategoriji tal-mistoqsijiet:
L-EPSO ma jimponi ebda regola jew restrizzjoni f’dan ir-rigward.
Hu impossibbli għall-bord ta’ selezzjoni li jivverifika l-lingwa materna tal-kandidat, peress li din mhux dejjem tikkorrispondi maċ-ċittadinanza. Xi kandidati jista’ jkollhom diversi lingwi materni, u xi kandidati jistgħu jippreferu li jagħmlu testijiet bil-lingwa tax-xogħol tagħhom ta’ kuljum, aktar milli bil-lingwa li jitkellmu, jew li kienu jitkellmu, f’pajjiżhom.
L-istituzzjonijiet qablu li hu aktar ġust li d-deċiżjoni dwar il-lingwa tat-testijiet titħalla f’idejn il-kandidati nfushom.
Reference number: