FAQs

Home > FAQs > Meta għandi nagħżel il-lingwa 1 u l-lingwa 2 tiegħi?

Meta għandi nagħżel il-lingwa 1 u l-lingwa 2 tiegħi?

Din l-għażla għandha ssir fit-tieni parti tal-formola tal-applikazzjoni tiegħek, fejn se jkollok tagħżel il-lingwa 1 u l-lingwa 2 tiegħek. Fl-ewwel parti se tkun biss mistieden sabiex telenka l-lingwi, li għandek ħakma fuqhom fil-livel B2 (għarfien sodisfaċenti) u aktar.

Għall-għażla tal-lingwa 1 u tal-lingwa 2 tiegħek japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

  • tista’ biss tagħżel fost il-lingwi li int elenkajt matul l-ewwel parti tal-applikazzjoni tiegħek (ebda lingwa addizzjonali ma tista tiżdied);
  • għandek tagħżel il-lingwa 2 minn fost 5 lingwi offruti mill-EPSO (dawn il-lingwi se jiġu offruti skont il-kriterji stabbiliti fl-Avviż tal-kompetizzjoni u kkomunikati lill-kandidati kollha ftit taż-żmien wara li jintemm l-ewwel perjodu tal-applikazzjoni;
  • għandek tagħżel il-lingwa 1 minn fost 24 lingwa li huma lkoll uffiċjali
  • il-lingwa 1 għandha tkun differenti mil-lingwa 2
Reference number: 

It-tweġiba kienet utli?

Iva Le