FAQs

Home > FAQs > Kif se jintgħażlu l-lingwi għat-testijiet taċ-ċentru ta' evalwazzjoni?

Kif se jintgħażlu l-lingwi għat-testijiet taċ-ċentru ta' evalwazzjoni?

L-ewwel nett, fl-applikazzjoni tagħhom il-kandidati kollha jridu jiddikjaraw b’liema lingwi lesti li jagħmlu t-testijiet (għat-testijiet taċ-ċentru ta' evalwazzjoni), fejn il-livell minimu meħtieġ hu B2.

Fl-aħħar ta’ din l-ewwel fażi ta’ reġistrazzjoni, EPSO se jiġbor id-dejta mill-applikazzjonijiet kollha biex minnha joħroġ il-lingwi l-aktar magħżula mill-kandidati. Il-ħames lingwi l-aktar magħżula mill-kandidati se jiġu proposti lill-Istituzzjonijiet. Jekk l-Istituzzjonjiet japprovaw dawn il-lingwi, se jiġu offruti lill-kandidati għat-testijiet tagħhom fiċ-ċentru ta' evalwazzjoni.

It-tieni nett, il-kandidati jridu jimlew u jivvalidaw l-applikazzjoni tagħhom billi jagħżlu dik il-lingwa minn dawn il-ħames lingwi li fl-aħħar mill-aħħar biha se jagħmlu t-testijiet fiċ-ċentru ta' evalwazzjoni. Din se tkun l-istess lingwa li se jużaw il-kandidati biex jimlew il-formola ta’ applikazzjoni kollha tagħhom. F’dan l-istadju l-kandidati jridu jagħżlu wkoll il-lingwa li biha se jagħmlu t-testijiet tagħhom b’mistoqsijiet b'għażla multipla (MCQ). (Din tista’ tkun kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-UE, iżda trid tkun differenti mit-tieni lingwa.)

Reference number: 

It-tweġiba kienet utli?

Iva Le