FAQs

Home > FAQs > Graduate Administrators 2019 > X’jiġri jekk ma nitkellem ebda waħda mil-lingwi proposti minn EPSO?

X’jiġri jekk ma nitkellem ebda waħda mil-lingwi proposti minn EPSO?

Dawk il-kandidati li jkunu għażlu waħda mill-ħames lingwi magħżula mill-Istituzzjonijiet fl-ewwel parti tal-applikazzjoni biss se jiġu mistiedna biex ikomplu bl-applikazzjoni għall-kompetizzjoni. Jekk ma jkollokx tal-inqas waħda minn dawn il-ħames lingwi, se tiġi eliminat. Abbażi tal-analiżi tagħna ta’ kompetizzjonijiet preċedenti, qed nistennew rata baxxa ħafna ta’ eliminazzjoni minħabba din ir-raġuni, peress li kważi l-kandidati kollha jafu tal-inqas waħda mill-aktar lingwi komuni għall-Ewropej.

Għalhekk, hu importanti li tagħżel il-lingwi kollha li titkellem u li int ippreparat li tagħmel it-testijiet bihom. Mhux se jkun aktar possibbli żżid lingwa fl-applikazzjoni tiegħek wara li tkun għalqet l-ewwel reġistrazzjoni.

Reference number: 

It-tweġiba kienet utli?

Iva Le