FAQs

Home > FAQs > Għaliex il-kandidati ma jiġux obbligati jużaw lingwa differenti mil-lingwa materna għaċ-ċentru ta’ evalwazzjoni?

Għaliex il-kandidati ma jiġux obbligati jużaw lingwa differenti mil-lingwa materna għaċ-ċentru ta’ evalwazzjoni?

Minħabba li l-kunċett ta’ lingwa materna hu diffiċli biex jiġi definit (xi kandidati jitkellmu diversi lingwi f’livell għoli, filwaqt li oħrajn għandhom biss għarfien limitat tal-lingwa materna tagħhom u jippreferu jagħmlu t-testijiet bil-lingwa li jużaw is-soltu), l-EPSO għalhekk għażel li jittestja l-kandidati b’lingwi li huma komuni għal maġġoranza minnhom. Din l-għażla hi l-aktar rappreżentazzjoni fidila tal-ambjent tax-xogħol attwali fl-Istituzzjonijiet.

Fl-aħħar nett, fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni l-kandidati mhumiex valutati għall-ħiliet tal-lingwa tagħhom (minbarra l-lingwisti, ovvjament), iżda għall-kompetenzi ġenerali tagħhom (ara l-avviż tal-kompetizzjoni).

Reference number: 

It-tweġiba kienet utli?

Iva Le