Kategoriji tal-mistoqsijiet:
Għal kull waħda mil-lingwi tiegħek (inkluża l-lingwa materna), nitolbuk tevalwa dawn it-tliet ħiliet lingwistiċi permezz tat-tabella ta’ awtovalutazzjoni li tagħmel parti mill-formola ta’ applikazzjoni: komprensjoni, diskors, kitba. Kull ħila lingwistika għandha tiġi valutata minn A1 (livell bażiku) sa C2 (livell espert).
Il-livell l-aktar baxx tat-tliet ħiliet jitqies biex jiġi stabbilit jekk tistax tagħmel it-testijiet b’din il-lingwa (ara t-tabella tal-eżempju hawn taħt). Ġeneralment, nirrikjedu tal-anqas livell B2 għat-testijiet (ara l-avviż ta’ kompetizzjoni).
Lingwa |
Komprensjoni |
Diskors |
Kitba |
Livell meqjus mill-EPSO |
Slovakk |
B2 |
C1 |
B2 |
B2 |
Latvjan |
C2 |
C2 |
A2 |
A2 |
Grieg |
C1 |
C1 |
C1 |
C1 |
Reference number: