FAQs

Home > FAQs > X’jiġri wara ċ-Ċentru ta’ Evalwazzjoni?

X’jiġri wara ċ-Ċentru ta’ Evalwazzjoni?

Kategoriji tal-mistoqsijiet: 

Se tirċievi l-feedback tal-bord ta’ selezzjoni fil-forma ta’ passaport tal-kompetenzi, flimkien mal-ittra li tinfurmak bir-riżultati ġenerali tiegħek meta jintemm il-perjodu taċ-Ċentru ta’ Evalwazzjoni.

Il-passaport tal-kompetenzi jikkonsisti minn:

  • deskrizzjoni ġenerali tal-qafas tal-kompetenzi;
  • ħarsa globali lejn il-punti b'saħħithom u dawk dgħajfin tiegħek;
  • deskrizzjoni għal kull kompetenza tas-sejbiet ewlenin;
  • ir-riżultati tiegħek għal kull kompetenza.

Il-passaporti tal-kompetenza tal-kandidati li jgħaddu se jsiru disponibbli għad-dipartimenti tar-riżorsi umani tal-istituzzjonijiet tal-UE, għal skopijiet ta’ reklutaġġ.

Il-kandidati li jgħaddu se jirċievu aktar informazzjoni dwar il-proċess ta’ reklutaġġ.

It-tweġiba kienet utli?

Iva Le