FAQs

Home > FAQs > X’inhuma r-regoli ta’ kondotta taċ-Ċentru ta’ Evalwazzjoni?

X’inhuma r-regoli ta’ kondotta taċ-Ċentru ta’ Evalwazzjoni?

Kategoriji tal-mistoqsijiet: 

Kull min ma jirrispettax dawn ir-regoli ta’ kondotta se jiġi eskluż miċ-Ċentru ta’ Evalwazzjoni u mill-proċedura ta’ selezzjoni:

  • Għandek issegwi l-istruzzjonijiet mogħtija mill-persunal f’kull ħin.
  • Ikel u xorb mhuwiex permess fil-kamra/erja tal-istennija.
  • Għandek tagħmel it-testijiet mingħajr għajnuniet jew tagħmir ieħor ħlief dak provdut miċ-ċentru tat-test.
  • L-oġġetti projbiti kollha (eż. karti u pinen, kotba, likwidu li jikkoreġi, noti, struzzjonijiet, briefcases, basktijiet, kalkulaturi, kompjuters, laptops, tablets, mowbajls, MP3 players, kameras eċċ.) għandhom jitħallew fil-lockers provduti. (Oġġetti li jipproduċu l-ħoss għandhom jintfew).
  • It-tipjip hu strettament projbit.
  • Kwalunkwe mġiba arroganti, abużiva, derogatorja jew ta’ theddid lejn il-persunal jew il-kandidati l-oħrajn tista’ twassal ukoll għall-esklużjoni tiegħek mill-kompetizzjoni.

It-tweġiba kienet utli?

Iva Le