Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

X’jiġri fil-jum taċ-Ċentru ta’ Evalwazzjoni?

Iċ-Ċentru ta’ Evalwazzjoni mill-Bogħod:

  • Huwa rrakkomandat li ssir konnessjoni permezz ta’ headset jew headphones b’mikrofonu.
  • Ara li tkun disponibbli fil-ħin skedat tal-intervista u kkonnettja 10 minuti qabel l-appuntament - huwa rrakkomandat ħafna li tittestja s-software qabel il-jum tal-intervista.
  • Kun lest li taqleb għall-ismartphone tiegħek b’konnessjoni ta’ data ċellulari (3G/4G) jekk il-konnessjoni tal-wifi/cable tiegħek tintilef jew issir instabbli matul it-test.
  • Ara li l-ID/il-Passaport tiegħek ikun qrib tiegħek biex turih lill-Bord tas-Selezzjoni fuq talba tiegħu.

Iċ-Ċentru ta’ Evalwazzjoni bi preżenza fiżika:

  • Iċ-Ċentru ta’ Evalwazzjoni jista’ jirrikjedi jum sħiħ (u xi drabi sa jumejn skont in-numru u/jew it-tip ta’ testijiet) u tipikament jibda madwar it-8h30 (fl-ittra ta’ stedina tiegħek issib il-ħin preċiż tal-appuntament) u jispiċċa madwar is-18h00.
  • X’ħin tasal se tingħata l-iskeda tal-jum.
  • Il-persunal tal-EPSO se jkun hemm biex jilqgħek u jiggwidak matul il-jum.
  • X’ħin tasal għandek tippreżenta d-dokumenti mitluba fl-ittra ta’ stedina tiegħek.
  • Jekk jogħġbok żgura li tasal fil-ħin u mhux akkumpanjat. Qraba jew ħbieb ma jistgħux jistennew fil-binja, u ma jistgħux jikkuntattjawk matul il-test.
  • Jekk tasal tard, mhux se jingħatalek ħin addizzjonali u tista’ tiġi eskluż mill-proċess ta’ selezzjoni, b’mod speċifiku jekk titlef għal kollox wieħed mill-eżerċizzji.
  • Inti se tkun wieħed minn massimu ta’ sitt kandidati u se jkun hemm diversi assessuri.
  • Se tingħata badge tal-identità biex tkun tista’ tiċċaqlaq faċilment fil-binja tat-test.
  • Il-materjal kollu meħtieġ għall-eżerċizzji differenti se jiġi pprovdut miċ-Ċentru ta’ Evalwazzjoni, inkluż il-materjal tat-test, pinen u karti, eċċ.
  • Jekk ikollok tuża kompjuter, jista’ jkun il-każ li tkun ġejt mitlub minn qabel biex tikkomunika t-tqassim tal-keyboard preferuta tiegħek.
  • Huma disponibbli lockers għal bagalji u oġġetti personali oħrajn.
  • Mhux se tiġi pprovduta ikla ta’ nofsinhar iżda hemm għażla wiesgħa ta’ kafetteriji u ristoranti fil-viċinat immedjat fi Brussell. Fil-Lussemburgu hemm canteen u kafetterija fil-binja taċ-Ċentru ta’ Evalwazzjoni stess.
  • M’hemmx faċilitajiet ta’ parking għall-kandidati.
  • Tista’ toħroġ mill-binja matul il-pawżi, iżda żgura li terġa’ lura fil-ħin.