FAQs

Home > FAQs > Assessment centre tests > Jiena tqila jew qed inredda’ t-tarbija u għandi xi mistoqsijiet dwar il-parteċipazzjoni tiegħi fl-eżamijiet tal-għażla. Lil min għandi nikkuntattja?

Jiena tqila jew qed inredda’ t-tarbija u għandi xi mistoqsijiet dwar il-parteċipazzjoni tiegħi fl-eżamijiet tal-għażla. Lil min għandi nikkuntattja?

Jekk inti tqila matul il-perjodu tar-reġistrazzjoni tal-kompetizzjoni, tista’ tibgħat il-mistoqsijiet, il-problemi jew it-talbiet tiegħek għal aġġustamenti fil-formola tal-applikazzjoni tiegħek, flimkien ma’ ċertifikat mediku li jikkonferma t-tqala tiegħek u d-data tal-ħlas mistennija.

Jekk tiskopri li inti tqila jew se twelled waqt il-perjodu tal-kompetizzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattjana kemm jista’ jkun malajr u għaddilna l-istess informazzjoni filwaqt li tibgħatilna ċertifikat mediku li jikkonferma d-data mistennija jew attwali tal-ħlas.

Aħna ninfurmawk dwar l-għażliet possibbli wara li nistħarrġu r-rikjesta tiegħek.

It-tweġiba kienet utli?

Iva Le