L-EPSO jagħti importanza kbira lill-ugwaljanza u d-diversità u jagħmel kull sforz sabiex jirrispetta l-opportunitajiet indaqs, it-trattament ugwali u l-aċċess ugwali għall-applikanti kollha tiegħu.
Jekk tħoss li ġejt ittrattat b’mod inġust jew diskriminatorju minħabba waħda mill-karatteristiċi li ġejjin jew aktar: is-sess, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew xi opinjoni oħra, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali, jekk jogħġbok ikkuntattjana minnufih biex taqsam l-osservazzjonijiet u l-emozzjonijiet tiegħek.
Aħna nagħtu ħafna attenzjoni lill-feedback mingħand l-applikanti, li huma fil-qalba tal-politiki u l-prassi tagħna dwar l-ugwaljanza u l-ġestjoni tad-diversità. Għal aktar informazzjoni dwar kif nipprattikaw dawn il-politiki, jekk jogħġbok ara l-paġna web tagħna ddedikata għall-opportunitajiet indaqs.