FAQs

Home > FAQs > Nista’ nkun preselezzjonat għal aktar minn profil u/jew grupp ta’ funzjoni wieħed?

Nista’ nkun preselezzjonat għal aktar minn profil u/jew grupp ta’ funzjoni wieħed?

Iva, tista’ tiġi preselezzjonat għal aktar minn profil u/jew grupp ta’ funzjoni wieħed, iżda fil-biċċa l-kbira tal-każijiet kandidat jista’ biss jiġi ttestjat għal profil wieħed fi grupp ta’ funzjoni wieħed għal kull perjodu ta’ ttestjar. Għalhekk int se tkun mistieden sabiex toqgħod għat-testijiet għal dawn il-profili/gruppi ta’ funzjoni differenti fl-istess ordni kif intbagħtu r-rikjesti lill-EPSO mis-servizzi ta’ reklutaġġ.

Madankollu, l-istess kandidat jista’ jiġi mistieden għat-testijiet tal-kompetenza għall-profili differenti matul l-istess perjodu ta’ ttestjar. Dan jista’ jseħħ meta minn qabel il-kandidat ikun diġà għadda t-testijiet tar-raġunament.

La min jirrekluta u lanqas il-kandidati jew l-EPSO ma jistgħu jinfluwenzaw l-ordni tar-rikjesti tat-test li jkunu qed jiġu pproċessati. Dan hu minħabba l-fatt li r-regoli tas-Sejħa għal espressjoni ta’ interess jistipulaw b’mod ċar li s-suċċess f’test wieħed (li sar qabel) jista’ jinfluwenza s-sitwazzjoni tal-kandidat billi jirrendi aktar ittestjar superfluwu, filwaqt li falliment jista’ jirriżulta fl-imblokkar tal-possibbiltà li jiġi mistieden għal test għal 6 xhur.

It-tweġiba kienet utli?

Iva Le