FAQs

Home > FAQs > Case study > Liema tastiera se nuża waqt it-testijiet tiegħi bil-kompjuter?

Liema tastiera se nuża waqt it-testijiet tiegħi bil-kompjuter?

Għat-testijiet b’mistoqsijiet b’għażla multipla (MCQ) (li jinkludu testijiet tal-e-tray), il-kandidati ma għandhomx bżonn tastiera.

Għall-istudju tal-każ u t-test bil-miktub fil-qasam, se tkun allokat/a, b’mod awtomatiku, tastiera li tikkorrispondi għat-tieni lingwa tiegħek. Fl-ittra tal-istedina, inti se tintalab biex tivverifika u – jekk ikun meħtieġ - tibdel l-għażla tat-tastiera.

Jekk tagħżel tastiera oħra flok dik predefinita, xi shortcuts tat-tastiera għal karattri aċċentati/speċjali għandhom imnejn ma jkunux disponibbli. Tista’ tara l-karattri speċjali l-aktar komuni, li huma appoġġjati mill-ambjent tat-test u li jistgħu jkunu ttajpjati bl-użu ta’ Alt flimkien mat-tastiera numerika. Din il-lista hi disponibbli wkoll fuq talba fiċ-ċentri tat-testijiet.

Għat-testijiet tat-traduzzjoni, se tiġi allokata lilek, b’mod awtomatiku, tastiera li tikkorrispondi għall-ewwel lingwa tiegħek (il-lingwa tal-kompetizzjoni). M’hemm ebda possibilità biex titlob tastiera alternattiva. Fil-każ ta’ varjazzjonijiet nazzjonali tat-tqassim tat-tastiera (BG, FR, NL) se jkollok il-possibbiltà li tagħżel it-tastiera bit-tqassim preferut tiegħek. Se tingħata aktar informazzjoni fl-ittra tal-istedina.

Għandek tagħżel it-tastiera tiegħek b’reqqa u attenzjoni kbira, filwaqt li tikkunsidra l-lingwa tat-test tiegħek. Ladarba tagħżilha, ma tistax tibdel, anki qabel l-iskadenza.

Għal testijiet li jeħtieġu l-użu ta’ tastiera, jekk jogħġbok kun ċert/a qabel ma tibda t-test li ġejt allokat/a t-tastiera korretta.

It-tweġiba kienet utli?

Iva Le