FAQs

Home > FAQs > Secretaries/Clerks 2017 > Għandi niddikjara l-lingwi kollha li naf? Kif se jintgħażlu l-lingwi għat-testijiet?

Għandi niddikjara l-lingwi kollha li naf? Kif se jintgħażlu l-lingwi għat-testijiet?

Kategoriji tal-mistoqsijiet: 

Matul l-ewwel fażi tal-applikazzjoni, tista’ tiddikjara l-għarfien tiegħek ta’ mhux aktar minn 10 lingwi fost il-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Pereżempju, ejjew nassumu li titkellem il-lingwi li ġejjin:

  • Franċiż (livell eċċellenti - C2)
  • Olandiż (livell eċċellenti - C2)
  • Ingliż (tajjeb ħafna - C1)
  • Ġermaniż - (livell intermedjarju - B2)
  • Portugiż - (livell bażiku - A1)

Qabelxejn, prosit li int daqshekk multilingwi!

Tista’ tiddikjara dawn il-lingwi kollha matul l-ewwel fażi tal-applikazzjoni tiegħek, iżda huma dawk il-lingwi fejn il-livell tal-għarfien tiegħek hu dak ta’ utent indipendenti (livell B2 jew ogħla) biss li jistgħu jitqiesu għall-fini ta’ din il-kompetizzjoni. Wara l-ewwel fażi tal-applikazzjoni, l-EPSO se joħroġ lista tal-ħames lingwi l-aktar iddikjarati mill-kandidati u li fihom għandhom livell minimu ta’ B2.

Fit-tieni fażi tal-applikazzjoni inti trid tindika ż-żewġ lingwi għat-testijiet tiegħek (magħżula biss fost il-lingwi li kont iddikjarajt qabel fl-ewwel fażi tal-applikazzjoni):

  • Lingwa 1: il-lingwa tat-testijiet verbali, numeriċi u tar-raġunament astratt – din tista’ tkun kwalunkwe waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE li int iddikjarajt li għandek il-livell meħtieġ fiha (livell B2 jew ogħla). Din il-lingwa trid tkun differenti mil-Lingwa 2.
  • Lingwa 2: il-lingwa għat-testijiet kollha l-oħra (testijiet tal-ħiliet professjonali, e-tray u testijiet oħra tal-fażi tal-evalwazzjoni) u tal-formola tal-applikazzjoni matul it-tieni fażi - din trid tkun waħda mill-ħames lingwi l-aktar iddikjarati mill-kandidati kollha li se jiġu kkomunikati lilek ftit wara li jagħlaq l-ewwel perjodu ta’ reġistrazzjoni. Din il-lingwa trid tkun differenti mil-Lingwa 1 tiegħek.

Skont l-eżempju tagħna hawn fuq, ma tista’ tagħmel l-ebda test bil-Portugiż għax il-livell tiegħek hu baxx wisq.

Innota li ma tistax iżżid lingwi ġodda wara l-validazzjoni tal-ewwel fażi tal-applikazzjoni. Dan ifisser li jekk ma ddikjarajtx tal-anqas waħda minn dawn il-ħames lingwi fil-livell meħtieġ fl-ewwel fażi tal-applikazzjoni, inti ma tkunx tista’ tipparteċipa fil-kompetizzjoni.

It-tweġiba kienet utli?

Iva Le