FAQs

Home > FAQs > Secretaries/Clerks 2017 > Tistgħu tgħiduli liema ħames lingwi se jiġu proposti għat-testijiet tal-ħiliet professjonali, l-e-tray u t-testijiet l-oħrajn tal-fażi ta’ valutazzjoni?

Tistgħu tgħiduli liema ħames lingwi se jiġu proposti għat-testijiet tal-ħiliet professjonali, l-e-tray u t-testijiet l-oħrajn tal-fażi ta’ valutazzjoni?

Kategoriji tal-mistoqsijiet: 

Ikollna nistennew sal-aħħar tal-ewwel fażi tar-reġistrazzjoni biex niġbru d-data mill-applikazzjonijiet kollha qabel ma nfasslu lista tal-lingwi li huma l-aktar iddikjarati mill-kandidati. L-istatistika minn kompetizzjonijiet preċedenti għas-segretarji mhix rilevanti għax din id-data hi preġudikata mill-fatt li l-Ingliż, il-Franċiż jew il-Ġermaniż kienu obbligatorji.

Barra minn hekk, huma l-Istituzzjonijiet li jivvalidaw il-ħames lingwi proposti mill-EPSO abbażi tad-data estratta mill-applikazzjonijiet fit-tmiem tal-ewwel fażi tar-reġistrazzjoni.

It-tweġiba kienet utli?

Iva Le