FAQs

Home > FAQs > Secretaries/Clerks 2017 > Liema lingwi se nuża għat-testijiet? Meta se jkolli nagħżel il-lingwi tiegħi għat-testijiet?

Liema lingwi se nuża għat-testijiet? Meta se jkolli nagħżel il-lingwi tiegħi għat-testijiet?

Kategoriji tal-mistoqsijiet: 

Kandidat għall-kompetizzjoni għas-segretarji u l-iskrivani se jagħmel it-testijiet b’żewġ lingwi differenti li jrid jagħżel. Din l-għażla se ssir fit-tieni parti tal-formola tal-applikazzjoni biss, fejn il-kandidat se jkollu jagħżel il-lingwa 1 u l-lingwa 2 tiegħu. Fl-ewwel parti se jiġi mistieden biss jelenka l-lingwi li fihom għandu livell B2 (għarfien sodisfaċenti) jew ogħla.

  • Lingwa 1: użata għat-testijiet verbali, numeriċi u tar-raġunament astratt. Din trid tkun waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u trid tkun differenti mil-lingwa 2
  • Lingwa 2: użata għat-testijiet tal-ħiliet professjonali, u t-testijieti tal-fażi ta’ valutazzjoni. Il-kandidat se jkollu jagħżel fost 5 lingwi offruti mill-EPSO (dawn il-lingwi se jiġu offruti skont il-kriterji stabbiliti fl-Avviż tal-kompetizzjoni u kkomunikati lill-kandidati kollha ftit taż-żmien wara li jintemm l-ewwel perjodu tal-applikazzjoni). Il-kandidat jista’ jagħżel biss fost il-lingwi li jkun elenka matul l-ewwel parti tal-applikazzjoni tiegħu (ebda lingwa addizzjonali ma tista' tiżdied);
  • It-tieni parti tal-formola tal-applikazzjoni trid timtela kollha bit-tieni lingwa tal-kandidat.

Kull kandidat irid jindika tal-inqas żewġ lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (livell minimu meħtieġ: tal-inqas żewġ lingwi fil-livell B2 jew ogħla — ara l-qafas komuni Ewropew ta' referenza għal-lingwi). Minn issa 'l quddiem, il-lingwi għat-testijiet mhux se jibqgħu jkunu stabbiliti minn qabel mill-EPSO u l-Istituzzjonijiet iżda se jkunu bbażati fuq l-għażliet tal-kandidati, filwaqt li jitqiesu l-interessi tas-servizzi ta’ reklutaġġ u tal-Istituzzjonijiet.

It-tweġiba kienet utli?

Iva Le