FAQs

Home > FAQs > Secretaries/Clerks 2017 > Għaliex ma tobbligawx lill-kandidati kollha jużaw lingwa li ma tkunx il-lingwa nattiva tagħhom għall-fażi tal-evalwazzjoni?

Għaliex ma tobbligawx lill-kandidati kollha jużaw lingwa li ma tkunx il-lingwa nattiva tagħhom għall-fażi tal-evalwazzjoni?

Kategoriji tal-mistoqsijiet: 

Ma jkunx aktar ġust milli tkun f’kompetizzjoni ma’ kandidati li jużaw il-lingwa nattiva tagħhom?

Hu impossibbli li l-bord ta’ selezzjoni jivverifika l-lingwa nattiva ta’ kandidat għax din mhux dejjem tikkorrispondi maċ-ċittadinanza, xi kandidati jista’ jkollhom aktar minn lingwa nattiva waħda, u xi kandidati jistgħu jippreferu jagħmlu t-testijiet fil-lingwa tax-xogħol ta’ kuljum tagħhom u mhux fil-lingwa li jitkellmu, jew kienu jitkellmu, id-dar. Għalhekk, l-EPSO għażel li jittestja lill-kandidati fil-lingwi komuni mal-maġġoranza tagħhom. Din l-għażla hi l-aktar rappreżentazzjoni leali possibbli tal-ambjent tax-xogħol reali fl-Istituzzjonijiet.

Barra minn hekk, waqt il-fażi tal-evalwazzjoni l-kandidati mhumiex evawlati fuq il-ħiliet ta’ lingwa tagħhom (ovvjament, apparti l-lingwisti). Madankollu nikkunsidraw li l-kandidati għandhom tal-inqas ikollhom livell minimu ta’ B2 fil-lingwa 2 tagħhom biex jgħaddu mit-testijiet. 

It-tweġiba kienet utli?

Iva Le