FAQs

Paġna ewlenija > FAQs > EPSO tests: myths and facts > Għandi ħafna għarfien u esperjenza professjonali imma l-uniku mod kif insir uffiċjal permanenti tal-UE hu li nikkompeti ma’ għexur ta’ eluf ta’ applikanti.

Għandi ħafna għarfien u esperjenza professjonali imma l-uniku mod kif insir uffiċjal permanenti tal-UE hu li nikkompeti ma’ għexur ta’ eluf ta’ applikanti.

Kategoriji tal-mistoqsijiet: 

Hu fatt li l-kompetizzjonijiet għall-ġeneralisti fil-grad AD jistgħu jattiraw għexur ta’ eluf ta’ kandidati kull sena peress li skont ir-Regolamenti tal-Persunal (id-dokument uffiċjali li jiddeskrivi r-regoli, il-prinċipji u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tas-servizz taċ-ċivil tal-Kummissjoni), wieħed għandu bżonn biss li jkollu lawrja biex japplika. Għall-kandidati b’ċertu livell ta’ esperjenza professjonali, l-EPSO jorganizza ħafna kompetizzjonijiet għal speċjalisti bi kriterji ta’ selezzjoni speċifiċi li jqisu l-esperjenza professjonali.

Dawn il-proċeduri ta’ selezzjoni mfassla apposta għall-ispeċjalisti (avukati, ekonomisti, riċerkaturi, eċċ.) għandhom rekwiżiti speċifiċi ħafna fir-rigward tal-esperjenza professjonali, l-edukazzjoni, eċċ., u jistgħu japplikaw biss dawk il-kandidati verament eleġibbli.

Fejn hu possibbli, u b'qies tan-numru ta’ kandidati (ħafna drabi jkunu mijiet) u l-profili mfittxija, il-kompetizzjonijiet għall-ispeċjalisti jiġu organizzati mingħajr ma jsiru t-testijiet ibbażati fuq il-kompjuter b’għażla multipla. Mill-2010 'l hawn, inqas minn terz tal-kompetizzjonijiet għall-ispeċjalisti bdew b’testijiet ibbażati fuq il-kompjuter. Il-fokus għalhekk hu direttament fuq il-kwalifiki edukattivi u l-esperjenza professjonali fil-bidu tal-kompetizzjoni.

It-tweġiba kienet utli?

Iva Le