FAQs

Home > FAQs > Jekk jien diġà naħdem mal-Istituzzjonijiet tal-UE, għandi ċans aħjar li ngħaddi mill-proċedura ta’ selezzjoni?

Jekk jien diġà naħdem mal-Istituzzjonijiet tal-UE, għandi ċans aħjar li ngħaddi mill-proċedura ta’ selezzjoni?

Kategoriji tal-mistoqsijiet: 

L-EPSO primarjament jorganizza proċeduri ta’ selezzjoni miftuħa għaċ-ċittadini kollha tal-UE. F'dan l-istadju ma ssir ebda distinzjoni bejn kandidati interni u esterni u t-testijiet, inklużi t-testijiet ibbażati fuq il-kompjuter, it-Talent Screener u t-testijiet bil-miktub, jiġu kkoreġuti b’mod anonimu.

Il-kandidati kollha jagħmlu testijiet ekwivalenti u japplikaw l-istess kriterji ta' eliġibbiltà għal kulħadd.

Ir-Regolamenti tal-Persunal (id-dokument uffiċjali li jiddeskrivi r-regoli, il-prinċipji u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tas-servizz taċ-ċivil Ewropew) jiddefinixxu qafas legali ċar ħafna għall-organizzazzjoni tal-kompetizzjonijiet. Il-kompetizzjonijiet miftuħa huma għaċ-ċittadini kollha tal-UE filwaqt li l-kompetizzjonijiet interni huma organizzati esklużivament għall-kandidati li diġà jaħdmu fl-istituzzjonijiet. Ma jista’ jingħata ebda kreditu addizzjonali lill-kandidati interni fil-kompetizzjonijiet miftuħa, għax dan isarraf b’mod ċar fi trattament mhux indaqs.

It-tweġiba kienet utli?

Iva Le