FAQs

Għaliex l-EPSO juża testijiet ibbażati fuq il-kompjuter b’għażla multipla?

Kategoriji tal-mistoqsijiet: 

L-għan ewlieni tat-testijiet tal-kapaċitajiet kognittivi tal-EPSO hu li jkejlu kapaċitajiet importanti ħafna ta’ raġunament għall-uffiċjali kollha tal-UE tal-futur, u mhux biex sempliċiment inaqqsu n-numri tal-kandidati. Dawn it-testijiet, li huma bbażati fuq studji xjentifiċi stabbiliti sew, għandhom l-aktar valur ta’ previżjoni għoli għall-prestazzjoni futura fl-impjieg (meta mqabbla ma’ testijiet ibbażati purament fuq l-għarfien). Minkejja l-fatt li l-kandidati fl-istess kompetizzjoni ma jirċevux l-istess mistoqsijiet, il-livell ta’ diffikultà tat-testijiet individwali mogħtija lil kull kandidat hu identiku, u dan jiżgura trattament indaqs. Il-validità u l-affidabilità tat-testijiet ibbażati fuq il-kompjuter b’għażla multipla ġiet ikkonfermata mill-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea, u l-Qorti kkonfermat ukoll li dawn it-testijiet huma konformi mal-prinċipju tat-trattament ġust u indaqs. Fl-istess ħin, it-testijiet ibbażati fuq il-kompjuter jippermettu lill-EPSO li jittestjaw diversi għexur ta’ eluf ta’ kandidati f’ħafna postijiet fi żmien qasir ħafna (+/- 4 ġimgħat għal 30,000 applikant) b'mod effiċjenti u faċli għall-utent peress li l-kandidati m’għandhomx għaliex jagħmlu t-test fl-istess data/ħin.

It-tweġiba kienet utli?

Iva Le