Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Kif l-EPSO jiżgura opportunitajiet indaqs?

Question categories:

It-testijiet kollha tal-EPSO, u kif jingħatawlhom il-marki, huma analizzati bir-reqqa biex ikun żgurat li huma ġusti u m’għandhomx impatt avvers fuq gruppi partikolari ta’ kandidati. L-EPSO qiegħed fil-proċess li jsir konformi mal-Istandard ISO ġdid fjamant għall-Proċeduri ta’ Evalwazzjoni u hu diġà konformi mal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-drittijiet tal-persuni b'diżabbilità.

Aspett ewlieni tat-trattament ġust hu l-bilanċ bejn is-sessi u l-EPSO jaħdem biex jattira u jagħżel ġabra bilanċjata ta’ applikanti rġiel u nisa. Fil-prattika, l-irġiel u n-nisa japplikaw f’numri sproporzjonati għal xi profili. B’mod ġenerali, madankollu, l-applikazzjonijiet huma bbilanċjati, u l-kompetizzjoni l-aktar riċenti tal-Ġeneralisti fil-grad AD ipproduċiet 50% rġiel u 50% nisa kandidati li għaddew mill-kompetizzjoni.