FAQs

Home > FAQs > Kif jitfasslu t-testijiet tal-EPSO?

Kif jitfasslu t-testijiet tal-EPSO?

Kategoriji tal-mistoqsijiet: 

It-testijiet tal-EPSO huma żviluppati u mmonitorjati bir-reqqa mit-tim ta’ psikoloġisti okkupazzjonali mill-uffiċċju stess flimkien ma’ Membri tal-Bord ta’ Selezzjoni magħżula b'attenzjoni mill-Istituzzjonijiet kollha tal-UE. L-EPSO jimmonitorja b’mod konsistenti l-aħħar innovazzjonijiet fl-iżvilupp tat-testijiet abbażi ta’ riċerka xjentifika, u f'dawn l-aħħar snin introduċa testijiet ġodda fil-proċeduri ta’ selezzjoni tiegħu bħat-test tal-e-tray u l-intervisti bil-vidjow online b’mod remot. Fl-istess ħin, l-EPSO jrid iqis ukoll il-qafas legali kumpless li jrid jaħdem fih kif ukoll ir-rekwiżiti tal-ittestjar b'24 lingwa b’mod parallel u mad-dinja kollha.

It-tweġiba kienet utli?

Iva Le