FAQs

Paġna ewlenija > FAQs > EPSO tests: myths and facts > Il-kwalità tat-traduzzjoni tal-elementi tat-testijiet b’xi lingwi hi aħjar milli b’lingwi oħrajn.

Il-kwalità tat-traduzzjoni tal-elementi tat-testijiet b’xi lingwi hi aħjar milli b’lingwi oħrajn.

Kategoriji tal-mistoqsijiet: 

It-testijiet u l-elementi tat-testijiet huma tradotti minn tradutturi professjonali fl-Istituzzjonijiet tal-UE u jgħaddu minn kontroll tal-kwalità rigoruż qabel jiġu rilaxxati. Id-distribuzzjoni tal-marki u l-ammont meħtieġ ta’ marki biex tgħaddi tat-testijiet ibbażati fuq il-kompjuter b'għażla multipla huma konsistenti bil-lingwi kollha tal-UE.

Regolarment jitwettqu kontrolli tal-kwalità tal-elementi tat-testijiet ibbażati fuq il-kompjuter b’għażla multipla (lingwa b’lingwa, mistoqsija b’mistoqsija, eċċ.) biex jiġu identifikati u korretti problemi possibbli li jista’ jkun hemm. L-elementi tat-test ikkontestati mill-kandidati huma suġġetti għal rieżami mill-Bord ta’ Selezzjoni u jekk jiġi kkonfermat li kienu ħżiena, jiġu newtralizzati għall-kandidati kollha li kellhom dak l-element partikolari. Dan jitneħħa wkoll mill-ġabra ta’ elementi tat-test għall-kandidati tal-futur. Fil-fatt, in-numru ta’ mistoqsijiet b'għażla multipla li ġew newtralizzati s’issa kien verament baxx u jvarja bejn 0.09% u 0.33% meta mqabbel man-numru totali ta’ elementi b'għażla multipla li hemm fil-ġabra.

Fuq is-sit tat-Testijiet Kampjun tista’ ssib testijiet kampjun għall-biċċa l-kbira tat-testijiet tal-EPSO u b’lingwi differenti.

It-tweġiba kienet utli?

Iva Le