FAQs

Home > FAQs > EPSO tests: myths and facts > Ġibt marki baxxi fit-test tal-ħiliet tar-raġunament verbali, avolja għamiltu bil-lingwa nattiva tiegħi.

Ġibt marki baxxi fit-test tal-ħiliet tar-raġunament verbali, avolja għamiltu bil-lingwa nattiva tiegħi.

Kategoriji tal-mistoqsijiet: 

It-test tar-raġunament verbali mhuwiex test tal-lingwa, jiġifieri punteġġ baxx ma jimplikax nuqqas ta’ profiċjenza f’dik il-lingwa; sempliċiment ikejjel il-ħiliet ta’ raġunament. It-testijiet ta’ raġunament għandhom rwol importanti kritiku fil-valutazzjoni peress li x-xogħol ta’ kuljum tal-uffiċjali tal-UE jistrieħ ħafna fuq l-abbiltà tagħhom li jirraġunaw u jifhmu informazzjoni kumplessa. Il-livelli ta’ diffikultà tat-testijiet ibbażati fuq il-kompjuter b’għażla multipla huma deċiżi mill-bord ta’ selezzjoni ta’ kull kompetizzjoni, u għalhekk jistgħu jvaraw minn kompetizzjoni għal oħra. B’hekk ħadd m’għandu jqabbel il-punteġġ tiegħu minn sena għal oħra. 

It-tweġiba kienet utli?

Iva Le