FAQs

Home > FAQs > Kien hemm problema b’waħda mill-Mistoqsijiet b'Għażla Multipla fil-proċedura ta’ selezzjoni tal-aġenti kuntrattwali (CAST Permanenti), x’nista’ nagħmel?

Kien hemm problema b’waħda mill-Mistoqsijiet b'Għażla Multipla fil-proċedura ta’ selezzjoni tal-aġenti kuntrattwali (CAST Permanenti), x’nista’ nagħmel?

Jekk ikollok dubju serju dwar il-kontenut ta’ mistoqsija ta’ test jekk jogħġbok ikkuntattja lis-Servizz ta’ Kuntatt tal-Kandidati tal-EPSO mhux aktar tard minn tlett ijiem kalendarji mit-test tiegħek fejn tispjega b’mod ċar iċ-ċirkustanzi u n-numru tal-kandidat tiegħek (ara l-proċedura fis-sejħa għal espressjoni ta' interess).

Jekk element identifikat ma jkunx konformi mal-kriterji ta’ kwalità stretti tal-EPSO minkejja l-kontrolli tal-kwalità dettaljati li hemm fis-seħħ, jiġu applikati dawn il-miżuri korrettivi:
- L-element se jiġi kkoreġġut jew se jitneħħa mill-bażi tad-data;
- Jista’ jiġi applikat kumpens jekk dan kellu impatt negattiv fuqek.

Ara aktar informazzjoni dwar il-proċedura tal-għażla tal-CAST Permanenti.

It-tweġiba kienet utli?

Iva Le