FAQs

Home > FAQs > Nista’ nġib miegħi d-dizzjunarji tiegħi għat-testijiet tat-traduzzjoni?

Nista’ nġib miegħi d-dizzjunarji tiegħi għat-testijiet tat-traduzzjoni?

Kategoriji tal-mistoqsijiet: 
Ebda dizzjunarju mhu disponibbli fiċ-ċentri tal-ittestjar, iżda għal xi testijiet ta’ traduzzjonijiet (fejn dan jissemma b’mod speċifiku fl-Avviż ta’ kompetizzjoni), il-kandidati jitħallew iġibu magħhom id-dizzjunarji tagħhom.
 
Jitħallew biss dizzjunarji forma ta’ kotba, li ma jridx ikollhom folji mhux fissi. Id-dizzjunarji ma għandhomx ikunu mmarkati u ma’ jistax ikollhom noti jew annotazzjonijiet bil-miktub.
 
Mhumiex aċċettati dizzjunarji elettroniċi. Mhux permess materjal mitkub, stampat (mill-Internet pereżempju) jew fotokopjat. Aktar kotba, pamflets jew kwalunkwe xogħol ieħor ta’ referenza mhux se jkun aċċettat.
 
Jekk jogħġbok kun ċert li tasal fil-ħin fiċ-ċentru tal-ittestjar billi d-dizzjunarji se jkunu ċċekkjati għas-sigurtà.

It-tweġiba kienet utli?

Iva Le