FAQs

Home > FAQs > Secretaries/Clerks 2017 > Għandi problema bil-kalendarju tal-formola ta’ applikazzjoni. Għaliex ma nistax nagħżel data wara l-11/12/2017?

Għandi problema bil-kalendarju tal-formola ta’ applikazzjoni. Għaliex ma nistax nagħżel data wara l-11/12/2017?

Kategoriji tal-mistoqsijiet: 

L-għan ewlieni tal-formola ta’ applikazzjoni hu sabiex jiġi determinat jekk kandidat jissodisfax il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-avviż ta’ kompetizzjoni fid-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet. B’referenza għal dak li qed jingħad hawn fuq, jekk jogħġbok innota li:

  • Id-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet kienet it-12/12/2017. Id-data li titqies biex jiġi determinat jekk il-kandidat jissodisfax il-kundizzjonijiet hi l-aħħar ġurnata sħiħa qabel id-data tal-għeluq: il-11/12/2017.
  • Il-kandidati li jixtiequ jżidu l-esperjenza professjonali jistgħu jagħmlu dan mhux aktar tard mill-11/12/2017. Il-kandidati jistgħu wkoll iżidu CV bl-informazzjoni sħiħa (ara fuq ix-xellug tal-profil tal-EPSO) li jiġi trasferit lis-servizzi tar-reklutaġġ jekk il-kandidat ikun fuq il-lista ta’ riżerva tal-kandidati li għaddew mill-kompetizzjoni.
  • Il-kandidati jistgħu jżidu diplomi għall-istudji li jkunu lesti sad-data tal-għeluq.

It-tweġiba kienet utli?

Iva Le