FAQs

Home > FAQs > Secretaries/Clerks 2017 > Kif niffinalizza l-formola tal-applikazzjoni tiegħi għall-kompetizzjoni?

Kif niffinalizza l-formola tal-applikazzjoni tiegħi għall-kompetizzjoni?

Kategoriji tal-mistoqsijiet: 

Il-kandidati li jiġu mistiedna jkomplu l-formola tal-applikazzjoni tagħhom iridu jieħdu dawn il-passi:

  • Illoggja fil-Profil tal-EPSO tiegħek
  • Taħt "Applikazzjonijiet", ikklikkja fuq in-numru tal-applikant tiegħek (bil-blù). Dan se jtella’ l-formola tal-applikazzjoni li ssottomettejt bħala parti mill-ewwel stadju ta’ reġistrazzjoni.
  • Kompli l-formola tal-applikazzjoni tiegħek kif ġej:
    • Fit-tab "Data tar-reġistrazzjoni": indika l-lingwi 1 u 2 tiegħek għall-finijiet ta’ din il-kompetizzjoni;
    • Taħt it-tab "Il-Profil tiegħi": imla l-Edukazzjoni u t-taħriġ tiegħek (obbligatorju) u l-Esperjenza professjonali (jekk applikabbli);
    • Lesti t-tab "Motivazzjoni u Punti Pożittivi";
    • Ivvalida l-applikazzjoni tiegħek.

Il-formola tal-applikazzjoni trid timtela bil-lingwa li indikajt bħala l-lingwa 2 u trid tkun ivvalidata sal-31.01.2018, f’12:00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell.

It-tweġiba kienet utli?

Iva Le