FAQs

Home > FAQs > Secretaries/Clerks 2017 > B’liema lingwa l-kandidati jridu jagħmlu t-testijiet fil-kompetizzjoni għas-segretarji u l-iskrivani?

B’liema lingwa l-kandidati jridu jagħmlu t-testijiet fil-kompetizzjoni għas-segretarji u l-iskrivani?

Kategoriji tal-mistoqsijiet: 

Kandidat għall-kompetizzjoni għas-segretarji u l-iskrivani se jagħmel it-testijiet b’żewġ lingwi differenti:

  • It-testijiet tar-raġunament verbali, numeriku u astratt se jkunu fil-lingwa 1 tal-kandidat, li trid tkun waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
  • It-testijiet MCQ l-oħrajn ibbażati fuq il-kompjuter se jkunu fil-lingwa 2 tal-kandidat.
  • It-testijiet tal-fażi ta’ evalwazzjoni se jkunu fil-lingwa 2 tal-kandidat. Il-kandidat se jkollu jagħżel il-lingwa 2 tiegħu/tagħha mill-ħames lingwi identifikati mill-EPSO bħala l-lingwi l-aktar magħżula mill-kandidati tal-kompetizzjoni.
  • It-tieni parti tal-formola tal-applikazzjoni trid timtela kollha bil-lingwa 2 tal-kandidat.

Kull kandidat irid jagħżel tal-inqas żewġ lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea: waħda fil-livell minimu ta’ C1 u l-oħra fil-livell minimu ta’ B2 — ara l-qafas komuni Ewropew ta’ referenza għal-lingwi.

Il-lingwi għat-testijiet mhux se jibqgħu jkunu stabbiliti minn qabel mill-EPSO u l-Istituzzjonijiet iżda se jkunu bbażati fuq l-għażliet tal-kandidati, filwaqt li jitqiesu l-interessi tas-servizzi ta’ reklutaġġ u tal-Istituzzjonijiet.

It-tweġiba kienet utli?

Iva Le