FAQs

Home > FAQs > X’inhuma l-arranġamenti lingwistiċi għall-kompetizzjonijiet ġenerali?

X’inhuma l-arranġamenti lingwistiċi għall-kompetizzjonijiet ġenerali?

B’liema lingwa l-kandidati jridu jagħmlu t-testijiet fil-kompetizzjoni ġenerali?

Kandidat għall-kompetizzjoni ġenerali se jagħmel it-testijiet b’żewġ lingwi differenti:

  • Lingwa 1: Il-biċċa l-kbira tat-testijiet ta’ mistoqsijiet b’għażla multipla (MCQ - testijiet ta’ raġunament verbali, numeriku u astratt) se jkunu bil-Lingwa 1 tal-kandidat, li trid tkun waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
  • Lingwa 2: Wieħed mit-testijiet ta’ mistoqsijiet b’għażla multipla (MCQ - test tal-valutazzjoni sitwazzjonali), it-testijiet taċ-ċentru ta’ valutazzjoni u t-test tal-e-tray se jkunu b’waħda mil-lingwi l-oħrajn magħżula fl-applikazzjoni tal-kandidat. Il-kandidat se jkollu jagħżel il-Lingwa 2 tiegħu/tagħha mill-ħames lingwi identifikati mill-EPSO bħala l-lingwi l-aktar magħżula mill-kandidati tal-kompetizzjoni.

It-tieni parti tal-formola tal-applikazzjoni trid timtela kollha bil-Lingwa 2 tal-kandidat.

Kull kandidat għandu jagħżel mill-inqas żewġ lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (livell minimu meħtieġ: mill-inqas lingwa waħda fil-livell B2 jew ogħla u lingwa waħda fil-livell C1 jew ogħla — ara l-qafas komuni Ewropew ta’ referenza għal-lingwi). Il-lingwi għat-testijiet se jkunu bbażati fuq l-għażliet tal-kandidati, filwaqt li jitqiesu l-interessi tas-servizzi ta’ reklutaġġ u tal-Istituzzjonijiet.

Għalhekk hu importanti li tiddikjara l-lingwi li bihom int ippreparat li tagħmel it-testijiet. Ma jkunx aktar possibbli li żżid lingwa mal-applikazzjoni tiegħek wara l-ewwel fażi ta’ reġistrazzjoni.

Reference number: 

It-tweġiba kienet utli?

Iva Le