FAQs

Home > FAQs > X’inhuma l-kompetenzi li l-kandidati għandhom juru waqt it-testijiet?

X’inhuma l-kompetenzi li l-kandidati għandhom juru waqt it-testijiet?

L-istituzzjonijiet qed ifittxu kandidati b’talent, motivati u kkwalifikati ħafna fil-qasam tagħhom, u li jistgħu juru li għandhom dawn il-kompetenzi ġenerali li ġejjin:

  • Analiżi u Soluzzjoni tal-Problemi: Jidentifikaw fatti kritiċi fi kwistjonijiet kumplessi u jiżviluppaw soluzzjonijiet kreattivi u prattiċi
  • Komunikazzjoni: Jikkomunikaw b'mod ċar u preċiż kemm oralment kif ukoll bil-miktub
  • Twassil ta’ Kwalità u Riżultati: Jieħdu responsabbiltà u inizjattiva personali biex jagħmlu xogħol ta' standard u kwalità għolja fi ħdan proċeduri speċifiċi
  • Tagħlim u Żvilupp: Jiżviluppaw u jtejbu l-ħiliet personali u t-tagħrif dwar l-organizzazzjoni u l-ambjent tagħha
  • Prijoritizzazzjoni u Organizzazzjoni: Jagħtu prijorità lill-iktar kompiti importanti, jaħdmu b’mod flessibbli u jorganizzaw xogħolhom b'mod effiċjenti
  • Reżiljenza: Jibqgħu effiċjenti taħt pressjoni ta' xogħol għolja, jikkontrollaw b'mod pożittiv il-frustrazzjonijiet organizzattivi u jadattaw għal ambjent tax-xogħol li dejjem jinbidel
  • Ħidma ma' Oħrajn: Jaħdmu f’kooperazzjoni mal-oħrajn f'timijiet u lil hinn mill-fruntieri organizzattivi u r-rispett tad-differenzi bejn il-persuni
  • Tmexxija (għall-amministraturi biss): Jimmaniġġjaw, jiżviluppaw u jistimolaw lill-persuni biex jiksbu r-riżultati

L-informazzjoni dwar il-kompetenzi speċifiċi għall-impjieg u t-testijiet li jevalwaw dawn il-kompetenzi kollha jinstabu fl-Avviż tal-kompetizzjoni.

It-tweġiba kienet utli?

Iva Le