FAQs

Paġna ewlenija > FAQs > X’inhuma l-kompetenzi li l-kandidati għandhom juru waqt it-testijiet tal-kompetizzjoni?

X’inhuma l-kompetenzi li l-kandidati għandhom juru waqt it-testijiet tal-kompetizzjoni?

L-istituzzjonijiet qed ifittxu kandidati b’talent, motivati u li jistgħu juru li għandhom dawn il-kompetenzi ġenerali li ġejjin:

  • Analiżi u Soluzzjoni tal-Problemi: Jidentifikaw fatti kritiċi fi kwistjonijiet kumplessi u jiżviluppaw soluzzjonijiet kreattivi u prattiċi
  • Komunikazzjoni: Jikkomunikaw b'mod ċar u preċiż kemm oralment kif ukoll bil-miktub
  • Twassil ta’ Kwalità u Riżultati: Jieħdu responsabbiltà u inizjattiva personali biex jagħmlu xogħol ta' standard u kwalità għolja fi ħdan proċeduri speċifiċi
  • Tagħlim u Żvilupp: Jiżviluppaw u jtejbu l-ħiliet personali u t-tagħrif dwar l-organizzazzjoni u l-ambjent tagħha
  • Prijoritizzazzjoni u Organizzazzjoni: Jagħtu prijorità lill-iktar kompiti importanti, jaħdmu b’mod flessibbli u jorganizzaw xogħolhom b'mod effiċjenti
  • Reżiljenza: Jibqgħu effiċjenti taħt pressjoni ta' xogħol għolja, jikkontrollaw b'mod pożittiv il-frustrazzjonijiet organizzattivi u jadattaw għal ambjent tax-xogħol li dejjem jinbidel
  • Ħidma ma' Oħrajn: Jaħdmu f’kooperazzjoni mal-oħrajn f'timijiet u lil hinn mill-fruntieri organizzattivi u r-rispett tad-differenzi bejn il-persuni
  • Tmexxija (għall-amministraturi biss): Jimmaniġġjaw, jiżviluppaw u jistimolaw lill-persuni biex jiksbu r-riżultati

Barra minn hekk, għall-profili aktar speċjalizzati, l-istituzzjonijiet qed ifittxu kandidati kkwalifikati ħafna fil-qasam tagħhom. Tista’ ssib l-informazzjoni dwar il-kompetenzi relatati mal-qasam, kif ukoll it-testijiet li jevalwaw kemm il-kompetenzi ġenerali u dawk relatati mal-qasam fl-Avviż ta’ kompetizzjoni.

It-tweġiba kienet utli?

Iva Le