Kategoriji tal-mistoqsijiet:
Ikollna nistennew sal-aħħar tal-ewwel fażi tar-reġistrazzjoni biex niġbru d-data mill-applikazzjonijiet kollha qabel ma nfasslu lista tal-lingwi li huma l-aktar iddikjarati mill-kandidati. Fil-kompetizzjoni għall-gradwati tal-2017, il-lingwi l-aktar iddikjarati ta’ spiss kienu l-Ingliż, il-Franċiż, it-Taljan, l-Ispanjol u l-Ġermaniż. Tista’ tikkonsulta wkoll ir-rapport Ewropew dwar il-lingwi l-aktar magħrufin u użati, li jista’ jipprovdi gwida iżda ebda garanzija. Barra minn hekk, huma l-Istituzzjonijiet li jivvalidaw il-ħames lingwi proposti mill-EPSO abbażi tad-data estratta mill-applikazzjonijiet fit-tmiem tal-ewwel fażi tar-reġistrazzjoni.
Reference number: