FAQs

Home > FAQs > Għaliex ma nistax neditja l-ħiliet lingwistiċi tiegħi fit-tieni parti tal-formola ta’ applikazzjoni?

Għaliex ma nistax neditja l-ħiliet lingwistiċi tiegħi fit-tieni parti tal-formola ta’ applikazzjoni?

Fl-ewwel parti tal-formola ta’ applikazzjoni, staqsejna lill-kandidati biex jiddikjaraw l-għarfien tagħhom tal-lingwi uffiċjali kollha tal-UE. Wara l-validazzjoni ta’ din l-ewwel parti tal-applikazzjoni, il-lingwi dikjarati ma setgħux jiġu editjati aktar. Abbażi tad-dikjarazzjonijiet tal-kandidati, attwalment jinsabu offruti 5 lingwi għat-testijiet tal-kompetizzjoni.

Fit-tieni parti tal-formola ta’ applikazzjoni miftuħa fit-18/04/2018, il-kandidati biss li ddikjaraw minimu ta’ 2 lingwi (waħda fil-livell minimu ta’ B2 u l-oħra fil-livell minimu ta’ C1) li tal-anqas waħda minnhom hi fost il-5 lingwi l-aktar magħżulin, jistgħu jagħżlu l-lingwi tagħhom għat-testijiet. Dawn il-lingwi għandhom ikunu diġà dikjarati fl-ewwel parti tal-formola ta’ applikazzjoni. Għalhekk ir-raġuni għaliex il-ħiliet tal-lingwa ma jistgħux jinbidlu aktar fit-tieni parti tal-formola ta’ applikazzjoni.

Reference number: 

It-tweġiba kienet utli?

Iva Le