FAQs

Home > FAQs > Għandi problema bil-kalendarju tal-formola ta’ applikazzjoni. Għaliex ma nistax nagħżel data wara d-09/04/2018?

Għandi problema bil-kalendarju tal-formola ta’ applikazzjoni. Għaliex ma nistax nagħżel data wara d-09/04/2018?

L-għan ewlieni tal-formola ta’ applikazzjoni hu sabiex jiġi determinat jekk kandidat jissodisfax il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Avviż ta’ Kompetizzjoni, fid-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet.

B’referenza għal dak li qed jingħad hawn fuq, jekk jogħġbok innota li:

  • Id-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet kienet l-10/04/2018. Id-data li titqies biex jiġi determinat jekk il-kandidat jissodisfax il-kundizzjonijiet hi l-aħħar ġurnata sħiħa qabel id-data tal-għeluq: 09/04/2018.
  • Mhi meħtieġa ebda esperjenza professjonali biex tapplika għal din il-kompetizzjoni. Il-kandidati li jixtiequ jżidu l-esperjenza professjonali jistgħu jagħmlu dan b’data tat-tmiem li ma tkunx wara d-09/04/2018.
    Il-kandidati jistgħu wkoll iżidu CV bl-informazzjoni sħiħa (ara fuq ix-xellug tal-kont tal-EPSO) li jiġi trasferit lis-servizzi tar-reklutaġġ jekk il-kandidat ikun fuq il-lista ta’ riżerva tal-kandidati li għaddew mill-kompetizzjoni.
  • L-edukazzjoni minima meħtieġa hi grad ta’ baċellerat. Il-kandidati jistgħu jżidu diplomi addizzjonali, iżda biss għal studji kkompletati sad-data tal-għeluq.
  • L-istudenti fl-aħħar sena tagħhom tal-università (grad ta’ baċellerat) jistgħu jieħdu sehem fil-kompetizzjoni bil-kundizzjoni li d-diploma tagħhom tingħata sal-31/07/2018.
    Huma għandhom jittikkjaw il-kaxxa rilevanti fl-ewwel tab tal-formola ta’ applikazzjoni.
Reference number: 

It-tweġiba kienet utli?

Iva Le