FAQs

Home > FAQs > CAST Permanent > Kif nista’ niskeda mill-ġdid it-testijiet tiegħi tal-CAST/Permanenti bbażati fuq il-kompjuter?

Kif nista’ niskeda mill-ġdid it-testijiet tiegħi tal-CAST/Permanenti bbażati fuq il-kompjuter?

Matul il-perjodi tal-ibbukkjar u tal-ittestjar inti tista’ tbiddel l-appuntament tiegħek għat-test b’mistoqsijiet b'għażla multipla, skont id-disponibbiltà u l-kundizzjonijiet li ġejjin:

  • l-ewwel trid tistenna sakemm il-konferma tal-ibbukkjar oriġinali tiġi applowdjata fil-kont tal-EPSO tiegħek (normalment fi żmien 24 siegħa wara l-ibbukkjar) peress li li jkun fiha l-link, in-numru ta’ konferma u l-kodiċi li trid tuża biex tiskeda l-appuntament mill-ġdid;
  • inti tista’ tbiddel l-appuntament tat-test tiegħek sa ġurnata qabel;
  • tista’ tagħżel biss appuntament ġdid fl-istess perjodu tal-ittestjar u mill-appuntamenti li jidhru fis-sistema;
  • għandek il-possibbiltà li tbiddel il-post taċ-ċentru tat-testijiet (skont id-disponibbiltà);
  • trid timla l-proċedura tal-ibbukkjar mill-ġdid tal-ħin sal-aħħar skrin u fin-nuqqas ta’ dan jibqa' validu l-appuntament oriġinali tiegħek;
  • trid tistampa u tieħu miegħek il-konferma tal-ibbukkjar aġġornata fiċ-ċentru tal-ittestjar. 

Jekk jogħġbok ikkonsulta l-link li ġejja għall-istampi tal-iskrin li juruk il-proċedura tal-iskedar mil-ġdid.

 

Ċirkostanzi eċċezzjonali

F’ċirkostanzi eċċezzjonali, bħal fil-każ ta’ mard serju, twelid ta’ tarbija, mewt ta’ konjuġi, tifel/tifla, ġenitur jew aħwa, l-EPSO jista’ jawtorizza skedar mill-ġdid, skont id-disponibbiltà.

Għandek tikkuntattja lill-EPSO mingħajr dewmien, u tindika n-numru tal-applikant tiegħek u d-dokumenti ta’ sostenn rilevanti kollha, pereżempju ċertifikat mediku.

Ma tistax titlob skedar mill-ġdid (inkluż f’ċirkostanzi eċċezzjonali) minn perjodu tal-ittestjar għal ieħor. Inti tkun tista’ tiġi mistieden mill-ġdid biex tibbukkja f’perjodu ieħor tal-ittestjar jekk terġa’ tiġi preselezzjonat minn xi servizz ta’ reklutaġġ.

Ninfurmawk minnufih hekk kif tkun ittieħdet deċiżjoni; madankollu, jekk jogħġbok innota li se jkunu biss ċirkostanzi eċċezzjonali sostanzjati kif dettaljat hawn fuq li se jiġu kkunsidrati.

It-tweġiba kienet utli?

Iva Le