L-ewwel nett, fl-applikazzjoni tagħhom il-kandidati kollha jridu jiddikjaraw b’liema lingwi lesti li jagħmlu t-testijiet (għat-testijiet taċ-ċentru ta' evalwazzjoni), fejn il-livell minimu meħtieġ hu B2.
Fl-aħħar ta’ din l-ewwel fażi ta’ reġistrazzjoni, EPSO se jiġbor id-data mill-applikazzjonijiet kollha biex minnha joħroġ il-lingwi l-aktar magħżula mill-kandidati. Il-ħames lingwi l-aktar magħżula mill-kandidati se jiġu proposti lill-Istituzzjonijiet. Jekk l-Istituzzjonjiet japprovaw dawn il-lingwi, se jiġu offruti lill-kandidati għat-testijiet tagħhom fiċ-ċentru ta' evalwazzjoni.
It-tieni, il-kandidati jridu jerġgħu jimlew u jivvalidaw l-applikazzjoni tagħhom mill-ġdid. Iridu jagħżlu wkoll iż-żewġ lingwi tagħhom għat-testijiet (ara l-avviż tal-kompetizzjoni għad-dettalji kollha).