FAQs

Home > FAQs > B’liema lingwa/i għandi nimla l-formoli ta’ applikazzjoni?

B’liema lingwa/i għandi nimla l-formoli ta’ applikazzjoni?

Tista’ timla l-applikazzjoni tiegħek bi kwalunkwe waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE.

Il-formola ta’ applikazzjoni kollha tiegħek se tiġi aċċessata minn Bord tal-Għażla (matul il-kompetizzjoni) u mis-servizzi tal-HR tal-Istituzzjonijiet Ewropej (għar-reklutaġġ f’każ li tkun kandidat magħżul) li, kif ġie spjegat hawn fuq, jaħdmu b’numru limitat ta’ lingwi veikolari.

F’każ li tirnexxi fil-kompetizzjoni u ismek jitqiegħed fuq il-lista ta’ riżerva, tintalab tipprovdi traduzzjoni tal-formola tal-applikazzjoni fil-lingwa 2 tiegħek (magħżula minn fost il-5 lingwi offruti) lis-servizzi ta’ reklutaġġ jekk tkun użajt lingwa oħra biex timla l-formola tal-applikazzjoni.

It-tweġiba kienet utli?

Iva Le