FAQs

Home > FAQs > Nista’ niddikjara l-lingwi kollha li naf?

Nista’ niddikjara l-lingwi kollha li naf?

Iva, fl-ewwel fażi tal-applikazzjoni, tista’ tiddikjara l-lingwi kollha tiegħek (minimu ta’ 2 u massimu ta’ 10) fost il-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Pereżempju, ejjew nassumu li titkellem il-lingwi li ġejjin:

  • Franċiż (livell eċċellenti - C2)
  • Olandiż (livell eċċellenti - C2)
  • Ingliż (tajjeb ħafna - C1)
  • Ġermaniż - (livell intermedjarju - B2)
  • Portugiż - (livell bażiku - A1)

Qabel xejn, prosit li int daqshekk multilingwi! Tista’ tiddikjara dawn il-lingwi kollha fl-ewwel fażi tal-applikazzjoni tiegħek.

Wara l-ewwel fażi tal-applikazzjoni, l-EPSO se joħroġ lista tal-5 lingwi l-aktar iddikjarati mill-kandidati u li għandhom livell minimu ta’ B2 fihom.

Fit-tieni fażi tal-applikazzjoni inti trid tiddikjara ż-żewġ lingwi għat-testijiet tiegħek (magħżula biss fost il-lingwi li kont iddikjarajt qabel fl-ewwel fażi tal-applikazzjoni):

  • Lingwa 1: Il-biċċa l-kbira tat-testijiet ta’ mistoqsijiet b’għażla multipla (MCQ - testijiet ta’ raġunament verbali, numeriku u astratt) se jkunu bil-Lingwa 1 tal-kandidat, li trid tkun waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
  • Lingwa 2: Wieħed mit-testijiet ta’ mistoqsijiet b’għażla multipla (MCQ - test tal-valutazzjoni sitwazzjonali), it-testijiet taċ-ċentru ta’ valutazzjoni se jkunu b’waħda mil-lingwi l-oħrajn magħżula fl-applikazzjoni tal-kandidat. Il-kandidat se jkollu jagħżel il-Lingwa 2 tiegħu/tagħha mill-ħames lingwi identifikati mill-EPSO bħala l-lingwi l-aktar magħżula mill-kandidati tal-kompetizzjoni.

Skont l-eżempju tagħna hawn fuq, ma tista’ tagħmel l-ebda test bil-Portugiż għax il-livell tiegħek hu baxx wisq.

Innota li ma tistax iżżid aktar lingwi wara l-validazzjoni tal-ewwel fażi tal-applikazzjoni. Dan ifisser li jekk ma ddikjarajtx tal-anqas waħda minn dawn il-5 lingwi fl-ewwel fażi tal-applikazzjoni, inti ma tkunx tista’ tipparteċipa fil-kompetizzjoni.

It-tweġiba kienet utli?

Iva Le