Kategoriji tal-mistoqsijiet:
Il-kandidati li ġew mistiedna jikkompletaw il-formola tal-applikazzjoni tagħhom iridu jieħdu dawn il-passi:
- Agħmel il-log in fil-Kont tal-EPSO tiegħek
- Taħt "Applikazzjonijiet", ikklikkja n-numru tal-applikant tiegħek (blu). Dan se jtella’ l-formola tal-applikazzjoni li ssottomettejt bħala parti mill-ewwel stadju tar-reġistrazzjoni. L-applikazzjoni tiegħek tista’ tkun ’l isfel fil-lista tal-applikazzjonijiet fil-kont tal-EPSO tiegħek wara l-applikazzjonijiet ivvalidati tiegħek.
- Ikkompleta l-formola tal-applikazzjoni tiegħek kif ġej:
- Fit-tab "Data tar-reġistrazzjoni": indika l-lingwi 1 u 2 tiegħek għall-finijiet ta’ din il-kompetizzjoni;
- Taħt it-tab "Il-Profil tiegħi": imla l-Edukazzjoni u t-taħriġ tiegħek (obbligatorju) u l-Esperjenza professjonali (jekk applikabbli);
- Ikkompleta t-tab "Motivazzjoni u Punti Pożittivi"
- Ivvalida għal darb’oħra l-applikazzjoni tiegħek
Il-formola tal-applikazzjoni għandha terġa’ timtela u tiġi vvalidata għal darb’oħra sat-23.07.2019, f’12:00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell.