FAQs

Home > FAQs > Għandi problema bil-kalendarju tal-formola tal-applikazzjoni. Għaliex ma nistax nagħżel data wara l-24/06/2019?

Għandi problema bil-kalendarju tal-formola tal-applikazzjoni. Għaliex ma nistax nagħżel data wara l-24/06/2019?

L-għan ewlieni tal-formola tal-applikazzjoni hu sabiex jiġi determinat jekk kandidat jissodisfax il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Avviż ta’ Kompetizzjoni, fid-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet.

B’referenza għal dak li qed jingħad hawn fuq, jekk jogħġbok innota li:

  • Id-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet kienet il-25/06/2019.
    Id-data li titqies biex jiġi determinat jekk il-kandidat jissodisfax il-kundizzjonijiet hi l-aħħar ġurnata sħiħa qabel id-data tal-għeluq: 24/06/2019.
  • Mhi meħtieġa ebda esperjenza professjonali biex tapplika għal din il-kompetizzjoni.
    Il-kandidati li jixtiequ jżidu l-esperjenza professjonali jistgħu jagħmlu dan mhux aktar tard mill-24/06/2019.
    Il-kandidati jistgħu wkoll iżidu CV bl-informazzjoni sħiħa (ara fuq ix-xellug tal-kont tal-EPSO) li jiġi trasferit lis-servizzi tar-reklutaġġ jekk il-kandidat ikun fuq il-lista ta’ riżerva tal-kandidati li għaddew mill-kompetizzjoni.
  • L-edukazzjoni minima meħtieġa hi grad ta’ baċellerat.
    Il-kandidati jistgħu jżidu diplomi addizzjonali, iżda biss għal studji li jkunu ntemmu sad-data tal-għeluq.
  • Studenti fl-aħħar sena universitarja tagħhom (grad ta’ baċellerat) jistgħu jieħdu sehem fil-kompetizzjoni bil-kundizzjoni li d-diploma tagħhom tingħata sal-31/07/2019.
    Huma għandhom jittikkjaw il-kaxxa rilevanti fl-ewwel tab tal-formola tal-applikazzjoni.

It-tweġiba kienet utli?

Iva Le